Dan l-artiklu għandu informazzjoni dwar avveniment kurrenti. Il-kontenut jista' jinbidel hekk kif l-avveniment jipproċedi. |
2022 كأس العالم الفيفا Kas alʿaalam alfifa 2022 | |
---|---|
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti | Qatar |
Dati | 20 ta' Novembru – 18 ta' Novembru |
Parteċipanti | 32 (minn 5 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 8 (f'5 ibliet ospitanti) |
It-Tielet post | Kroazja |
Ir-Raba' post | Marokk |
← 2018 2026 → |
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2022 hija t-22 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, kampjonat tal-futbol internazzjonali li jintlagħab bejn it-timijiet nazzjonali maskili tal-assoċjazzjonijiet membri tal-FIFA. Din se sseħħ fil-Qatar bejn l-20 ta' Novembru u t-18 ta' Diċembru 2022. Din se tkun l-ewwel Tazza tad-Dinja fid-dinja Għarbija u t-tieni waħda li saret fl-Asja wara l-edizzjoni tal-2002 li kienet fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun. Minħabba s-sħana qawwija u l-umdità fis-sajf fil-Qatar, din it-Tazza tad-Dinja se ssir fix-xitwa, l-ewwel kampjonat li ma sarx bejn ix-xhur ta' Mejju u Lulju.
L-għażla tal-Qatar bħala l-ospitu tat-Tazza tad-Dinja kienet mifnija minn kontroversji kbar. Dawn jinkludu t-trattament tal-ħaddiema migranti, in-nuqqas tar-rispett lejn id-drittijiet umani, il-persekuzzjoni ta' persuni LGBT, fost oħrajn.
Il-proċedura tal-għażla tal-ospitu tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u l-2022 bdiet f'Jannar tal-2009, bl-assoċjazzjonijiet nazzjonali jingħataw xahar biex juru l-interess tagħhom. Għall-edizzjoni tal-2022 ħames pajjiżi wrew interess: l-Awstralja, il-Korea t'Isfel, il-Ġappun, il-Qatar u l-Istati Uniti. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA iltaqa' fi Zürich fit-2 ta' Diċembru tal-2010 biex jagħżel l-ospiti taż-żewġ edizzjonijiet. L-għażla tal-Qatar kienet meqjusa bħala waħda "riskjuża" min-naħa tal-FIFA rigward l-operat u ġabet kritika mill-istampa, speċjalment fl-ambitu tan-numru ta' skandli ta' korruzzjoni fil-FIFA.
L-eżitu tal-votazzjoni kienet is-segwenti:
Pajjiż | Riżultati | |||
---|---|---|---|---|
L-1 Votazzjoni | It-2 Votazzjoni | It-3 Votazzjoni | Ir-4 Votazzjoni | |
Qatar | 11 | 10 | 11 | 14 |
Stati Uniti | 3 | 5 | 6 | 8 |
Korea t'Isfel | 4 | 5 | 5 | |
Ġappun | 3 | 2 | ||
Awstralja | 1 |
Il-lista segwenti telenka t-timijiet kwalifikati skont ir-reġjun, bin-numru fil-parentesi jindika l-pożizzjoni finali fil-klassifika dinjija tal-FIFA qabel il-bidu tal-kampjonat.
AFC (6)
CAF (5) |
CONCACAF (4)
CONMEBOL (4) OFC (0)
|
UEFA (13) |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2022 (2022 FIFA World Cup) |